Maltco Lotteries supports the RGF by donating another contribution of €50,000 / Maltco Lotteries tippreżenta kontribuzzjoni oħra ta' €50,000 lill-RGF

MALTCO LOTTERIES SUPPORTS THE RESPONSIBLE GAMING FOUNDATION BY DONATING ANOTHER CONTRIBUTION OF €50,000


Maltco Lotteries continued to reaffirm the company’s commitment towards Responsible Gaming by announcing a further contribution to the Responsible Gaming Foundation in Malta whilst launching its campaign “Balance is the Name of the Game - Play Responsibly”.


Wednesday 21st July 2021 - Maltco Lotteries, INTRALOT’s subsidiary in Malta and the operator of the Maltese National Lottery, has once again contributed another €50,000 to the Responsible Gaming Foundation to go towards initiatives to sustain responsible gaming in Malta. This announcement has been made as part of the company’s annual CSR programme whilst unveiling the Responsible Gaming Campaign for 2021, “Balance is the Name of the Game - Play Responsibly”.


During a press conference held at Maltco’s Head Office in Iklin, the National Lottery operator announced its contribution to the Responsible Gaming Foundation which was conferred earlier this month.  This contribution has been announced in the presence of Minister for Economy and Industry Hon. Silvio Schembri who was present on behalf of the government. Despite the challenging times caused by the COVID-19 pandemic, Maltco Lotteries has remained committed to contribute towards actively promoting, designing and putting into practice responsible gaming principles, whilst protecting the players’ well-being.


During the presentation, in his keynote speech, Minister for Economy and Industry Hon. Silvio Schembri highlighted that the pandemic has had a negative impact, exacerbating the trigger of addiction issues primarily due to emotional turmoil, stress, and a feeling of uncertainty precipitated by this unprecedented event in a number of individuals. “Thankfully, the Responsible Gaming Foundation seeks to provide professional help for those who fall victims of this devastating affliction. In fact, in order to obtain a better perspective on the situation, the Foundation has carried out thorough research , and now has better detailed information in hand, which together with other stakeholders, will make it possible to implement a holistic plan. A plan which shall improve care and social services in the field of gambling problems and addictions, as well as raise awareness on responsible gambling. Thus, having these solid foundations in place, the Responsible Gaming Foundation can now move forward with the continuous strengthening and consolidation of their services. Beyond highlighting the tremendous work done by the Foundation, today’s event demonstrates that industrial players such as Maltco are essential stakeholders in creating an optimum and healthy balance towards responsible gambling.


“Thank you Maltco for never failing to miss a deadline and in being a worthy contributor to the sterling work executed by the Foundation and beyond in the quest towards a safer and more responsible gambling environment’’,said Minister Schembri.


Mr. Kevin O’Neill, General Manager of the Responsible Gaming Foundation, expressed the Foundation’s will to continue strengthening ties with Maltco as a significant partner in the pursuit of promoting responsible gaming. Mr. O’Neill stated that the Foundation will seek to perpetuate the message that enjoying this activity is a possibility with the commitment and goodwill of all stakeholders. “I know that Maltco’s heart is in the right place when it comes to displaying its Responsible Gaming ethos as evidenced by their participation in RGF’s recent training as part of the TAKE ACTION Project to ensure a safe, fair and enjoyable customer experience”,said Mr. O’Neill.


Vasileios Kasiotakis, Maltco Lotteries CEO stated that it is the company’s mission to ensure that our players are entertaining themselves in a responsible manner. “Our commitment is to provide players with responsible entertainment which encompasses the provision of numerous entertaining and cutting-edge games specifically designed on responsible gaming principles. Furthermore, our agents are receiving ongoing training to devote any required effort, daily, in a continuous endeavour to protect the players from any Problem Gambling issue and direct them as appropriate to a secure and entertaining gaming experience”,concluded the company’s CEO whilst also expressing his deep profound gratitude towards the Agents and stakeholders for their sterling work and contribution.


On a yearly basis, in addition to the annual Responsible Gaming contribution, Maltco Lotteries donates a large sum of money to the Good Causes Fund. In 2020 the company donated a total of €573,920, from unclaimed prizes. These contributions are used to aid and support various entities within the Maltese Society.


Also present at the Press Conference were Maltco & Responsible Gaming Foundation’s representatives and important stakeholders within the gaming industry.


For more information you may email info@maltco.net, visit the company’s website, social media pages or call Maltco’s Helpline on 23883333.



MALTCO LOTTERIES TIPPREŻENTA KONTRIBUZZJONI OĦRA TA’ €50,000 LILL-FONDAZZJONI LOGĦOB RESPONSABBLI


Maltco Lotteries kompliet t’afferma mill-ġdid l-impenn tagħha lejn il-Logħob Responsabbli billi ħabbret donazzjoni oħra lill-Fondazzjoni Logħob Responsabbli, filwaqt li nediet il-kampanja bis-slogan “Balance is the Name of the Game – Play Responsibly”.


L-Erbgħa 21 ta’ Lulju 2021 - Maltco Lotteries, Operatur tal-Lotterija Nazzjonali u sussidjarja tal-kumpanija INTRALOT, affermat mill-ġdid l-impenn u l-appoġġ favur il-Logħob Responsabbli billi ppreżentat kontribuzzjoni oħra ta’ €50,000 lill-Fondazzjoni Logħob Responsabbli, biex tmur lejn inizjattivi li jsostnu logħob responsabbli f’Malta. L-aħbar ta’ din id-donazzjoni saret bħala parti mill-programm annwali ta' CSR tal-kumpanija, filwaqt li tnediet il-kampanja tal-Logħob Responsabbli tal-2021 “Balance is the Name of the Game – Play Responsibly”.


Waqt il-konferenza stampa, li saret fl-uffiċini ta’ Maltco fl-Iklin, l-Operatur tal-Lotterija Nazzjonali ħabbar il-kontribuzzjoni lill-Fondazzjoni Logħob Responsabbli, li giet ikkonfermata aktar kmieni dan ix-xahar. Il-kontribuzzjoni tħabbret fil-preżenza tal-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija l-Onor. Silvio Schembri, li kien preżenti f’isem il-Gvern. Minkejja ż-żminijiet ta’ sfida kkawżati mill-pandemija COVID-19, Maltco Lotteries baqgħet impenjata li tippromwovi, tfassal u tpoġġi fil-prattika prinċipji ta’ logħob responsabbli b’mod attiv, filwaqt li tiġi protetta l-benesseri personali tal-ġukaturi.


Fid-diskors ewlieni tiegħu, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija l-Onor. Silvio Schembri saħaq kif il-pandemija kellha impatt negattiv numru t’individwi, u kif din aggravat sitwazzjonijiet li jwasslu għall-vizzji, primarjament minħabba taqlib emozzjonali, stress, u inċertezza, ċirkostanzi li nħassu aktar tul dan l-avveniment bla preċedent.


“B’xorti tajba, il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli tfittex li tipprovdi għajnuna professjonali għal dawk li jaqgħu vittmi ta’ dan il-vizzju qerriedi. Fil-fatt, sabiex tinkiseb perspettiva aħjar dwar is-sitwazzjoni, il-Fondazzjoni wettqet riċerka bir-reqqa, li minnha kisbet informazzjoni dettaljata biex issa, flimkien ma’ partijiet interessati oħra sar possibbli li jiġi implimentat pjan olistiku. Pjan li għandu jtejjeb il-kura u s-servizzi soċjali fil-qasam tal-problemi tal-logħob u l-vizzji, kif ukoll iqajjem kuxjenza dwar logħob responsabbli. Għalhekk, issa li nbnew dawn il-pedamenti sodi, il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli tista' timxi 'l quddiem u tkompli bit-tisħiħ u l-konsolidazzjoni kontinwa tas-servizzi tagħha. Lil hinn mix-xogħol bla heda li sar mill-Fondazzjoni, l-avveniment tal-lum juri li atturi ewlenin fl-industrija bħal Maltco huma msieħba essenzjali fil-ħolqien ta’ bilanċ b’saħħtu fil-kuntest ta’ logħob tal-azzard responsabbli.


“Nirringrazzja lil Maltco talli qatt ma naqset milli tkun parteċipi u dejjem kienet kontributur denju għax-xogħol siewi mwettaq mill-Fondazzjoni fil-mixja lejn ambjent tal-logħob tal-azzard aktar sigur u aktar responsabbli,” qal il-Ministru Schembri.


Is-Sur Kevin O’Neill, il-General Manager tal-Fondazzjoni Logħob Responsabbli esprima r-rieda tal-Fondazzjoni li tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet ma’ Maltco bħala partner sinifikanti fit-tfittxija għall-promozzjoni ta’ logħob responsabbli. Is-Sur O’Neill iddikjara li l-Fondazzjoni se tfittex li twassal il-messaġġ li t-tgawdija ta’ din l -attività hi possibbli bl-impenn u r-rieda tajba tal-partijiet interessati (stakeholders) involuti. “Naf li qalb Maltco tinsab fil-post it-tajjeb meta tiġi biex turi l-ispirtu tagħha lejn logħob responsabbli, kif muri mill-parteċipazzjoni tagħhom fit-taħriġ riċenti tal-RGF bħala parti mill-Proġett TAKE ACTION biex tassigura li l-esperjenza tal-klijent tkun sigura, ġusta u pjaċevoli", spjega s-Sur O’Neill.


Vasileios Kasiotakis, il-Kap Eżekuttiv ta’ Maltco Lotteries tenna li huwa l-għan tal-kumpanija li tiżgura li l-ġukaturi tagħha jkunu qed jiddevertu lilhom infushom b’mod responsabbli. “L-impenn tagħna hu li nipprovdu lill-ġukaturi divertiment responsabbli li jinkludi bosta logħob divertenti u avvanzati, iddisinjati speċifikament fuq prinċipji ta' logħob responsabbli. Barra minn hekk, l-aġenti tagħna qed jirċievu taħriġ minn żmien għal żmien biex jiddedikaw kull sforz meħtieġ, kuljum, fi sforz kontinwu biex jipproteġu lill-ġukaturi minn kwalunkwè problemi ta’ logħob u jidderiġuhom kif xieraq għal esperjenza ta' logħob sigur u divertenti". Hekk ikkonkluda l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, filwaqt li esprima l-gratitudni tiegħu lejn l-aġenti u l-partijiet interessati (stakeholders) għax-xogħol kontinwu u l-kontribut tagħhom lejn il-kumpanija”.


Fuq bażi annwali, minbarra l-kontribuzzjoni ta’ kull sena lejn Logħob Responsabbli, Maltco Lotteries tagħti somma kbira ta’ flus lill-Fond għall-Kawżi Ġusti (Good Causes Fund). Fl-2020 il-kumpanija tat total ta’ €573,920, minn premji mhux miġbura. Dawn il-kontribuzzjonijiet jintużaw biex jgħinu u jappoġġjaw diversi entitajiet fi ħdan is-Soċjetà Maltija.


Preżenti għall-konferenza stampa kien hemm rappreżentanti oħrajn ta’ Maltco u l-Fondazzjoni Logħob Responsabbli flimkien ma’ stakeholders importanti fl-industrija tal-logħob.


Għal aktar informazzjoni fuq l-inizjattivi ta’ Maltco Lotteries dwar Logħob Responsabbli żur is-sit elettroniku tal-kumpanija www.maltco.com, il-paġni tal-midja soċjali jew ċemplu fuq il-linja tal-assistenza ta’ Maltco +356 23883333.

© 2019-2021 Responsible Gaming Foundation

 

Proudly designed by