The RGF supports a water sports activity for children and young adults as an alternative to gambling / Il-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli b’attività sportiva għat-tfal u ż-żgħażagħ bħala alternattiva għall-vizzju tal-logħob

The Responsible Gaming Foundation supports a water sports activity for  children and young adults as an alternative to gambling

Monday, August 26, 2019, Malta – For the 12th consecutive year the Saint Paul’s churchyard in Rabat, Malta, witnessed an energetic water gaming sports activity which carries the name "Games for Everyone/Logħob għal Kulħadd’’. An activity which is divided over a week that sees teams of children and young adults enjoying a summerly competitive atmosphere. All this thanks to a strong young youth committee called Żgħażagħ Rabtin Pawlini, with the participation of the Responsible Gaming Foundation (RGF) and the Parliamentary Secretary for Financial Services, Digital Economy and Innovation in the Prime Minister's Office. The Rabat Local Council, under the guidance of Mayor Sandro Craus, also gave their help for this activity to be put forward in the best possible way.

 

Parliamentary Secretary for Financial Services, Digital Economy and Innovation Silvio Schembri praised the initiative and reiterated his commitment to support the Responsible Gaming Foundation in its efforts to get closer to youths and help them understand ways to keep themselves fit, learn how to work in a group environment but above all instill values within our communities. Parliamentary Secretary Schembri remarked the work that is being done by the Foundation particularly in its corporate social responsibility programs which are supporting other non-governmental organizations in their activities and initiatives. ‘‘I have to admit that the Responsible Gaming Foundation remains close to my heart and during the time when I served as its Chairman I always envisioned it as a bridge to address social issues and offer support and services to those that fall victims of gambling. I’d like to thank everyone that made this activity possible, I encourage the public not to shy away from seeking the help and services offered by the Foundation and above all I appeal to everyone to work closely together for a better society and communities in the best interest of our future generation’’, said Schembri.

 

The Mayor of Rabat Mr. Sandro Craus, accompanied by his Deputy Matthew Chetcuti, thanked not only the participants but also all those that were present for all the evenings. He thanked the Rabat youth committee for their annual determination, sheer will and hard work which always give the best results. Mr. Craus also praised the work done by the RGF in favor of those that are suffering problem gambling. Last but not least the mayor thanked Parliamentary Secretary Hon. Schembri for his support and involvement in activities such as these that provide an alternative to gambling.

 

The General Manager of the Responsible Gaming Foundation Mr. Shawn Zammit talked about the importance of awareness about responsible gaming and also made reference to the Education Campaign among fourth-year primary students, where RGF staff visit schools around Malta and Gozo alongside their mascot ‘’Chippy’’, to describe and discuss the problem of compulsive gambling from the early ages. Mr. Zammit also referred to the RGF freephone service 1777, where people suffering from addiction or relatives of such persons can call anonymously on a 24 hours basis and find all the appropriate assistance from the trained staff of the foundation.  In the end, Mr. Zammit talked about the project ‘‘Take Action About Problem Gambling in Malta’’, where the foundation will take responsibility of researching, raise more awareness and train main parties involved in the subject of problem gambling in Malta.

 

The Chairman of the Youth Committee Żgħażagħ Rabtin Pawlini Adriano Farrugia, Vice Chairman Liam Schembri, Secretary Norbert Inguanez and Activity Coordinator Alain Farrugia thanked all those who participated in their utmost for these events. They give their respective thanks to the registered teams of players and members from the audience who always came in numbers and gave healthy cheering applause to all those involved in these sports games.

Il-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli b’attività sportiva għat-tfal u ż-żgħażagħ bħala alternattiva għall-vizzju tal-logħob

It-Tnejn, Awwissu 26, 2019, Malta – Għat-12-il sena konsekuttiva z-Zuntier tal-Parroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat, Malta, reġa’ kien xhud għall-attività sabiħa bit-titlu ‘’Logħob għal Kulħadd’’. Attività maqsuma fuq ġimgħa li rat timijiet ta’ tfal u żgħażagħ jikkompetu bejniethom f’atmosfera kompetittiva, sportiva u sajfija. Dan kollu grazzi għall-organizzazzjoni b’saħħitha tal-Kumitat Organizzattiv Żgħażagħ Rabtin Pawlini, bis-sehem tal-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli u tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-Kunsill Lokali tar-Rabat, taħt it-tmexxija tas-Sindku Sandro Craus, ukoll taw l-għajnuna tagħhom biex din l-attività tittella’ bl-aqwa mod possibbli.

 

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri faħħar l-inizjattiva filwaqt u tenna li se jkun qed jingħata l-appoġġ u l-impenn meħtieġ lill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli sabiex tqarreb iżjed lejn iż-żgħażagħ u jifhmu metodi alternattivi biex iżommu ruħhom sani, jitgħallmu jaħdmu fi grupp pero fuq kollox li jitrawwmu iżjed il-valuri fil-kommunitajiet tagħna. Is-Segretarju Parlamentari Schembri rrimarka x-xogħol li qed isir fi ħdan il-Fondazzjoni partikolarment fejn għandu x’jaqsam programmi ta’ corporate social responsibility li qed jagħtu appoġġ lil għadd ta’ għaqdiet non-governattivi fl-attivitajiet u l-inizjattivi tagħhom. ‘‘Irrid ngħid li l-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli hija għal qalbi ferm anke u fiż-żmien li servejt bħala Chairman dejjem rajtha bħala pont sabiex tindirizza sfidi soċjali u toffri servizzi ta’ appoġġ lil dawk li għandhom il-vizzju tal-logħob. Nirringrazzja lil dawk kollha li għamlu din l-attività possibli, ninkoraġixxi lill-pubbliku biex ma jiddejjaqx iffittex l-għajnuna li toffri l-Fondazzjoni kif ukoll appell biex naħdmu flimkien għal soċjetà u komunitajiet sani għal ġid ta’ uliedna’’, qal Schembri.

 

Is-Sindku tar-Rabat is-Sur Sandro Craus, akkumpanjat mill-Viċi Sindku Matthew Chetcuti,  irringrazzja mhux biss lill-parteċipanti, iżda wkoll lil dawk kollha li kienu preżenti matul is-serati kollha. Huwa rringrazzja lill-Kumitat Pawlin tal-ħeġġa u determinazzjoni li juru sena wara l-oħra u tax-xogħol kbir li huma jwettqu biex itellgħu attivitajiet bħal dawn. Is-Sur Craus faħħar ukoll ix-xogħol imwettaq mill-Fondazzjoni favur dawk li għaddejjin mill-problemi soċjali tal-vizzju tal-logħob fejn saħaq li mnalla jkunu huma f’ħafna mis-sitwazzjonijiet. Is-Sur Craus irringrazzja lis-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Schembri għall-involviment u l-appoġġ li dejjem wera f’attivitajiet bħal dawn.

Il-Ġeneral Maniġer tal-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli Shawn Zammit tkellem dwar l-importanza ta’ għarfien dwar logħob responsabbli u għamel referenza għall-Kampanja Edukattiva fost l-istudenti primarji tar-raba’ sena, fejn ħaddiema mill-Fondazzjoni jżuru l-iskejjel biex tintlaqa’ l-problema ta’ logħob patoloġiku minn età tenera. Is-Sur Zammit għamel referenza għas-servizz telefoniku tal-Fondazzjoni 1777, fejn persuni li jbatu mill-vizzju jew inkella qraba ta’ dawn il-persuni jistgħu jċemplu b’mod anonimu 24 siegħa kuljum u jsibu l-għajnuna kollha adegwata mill-istaff imħarreġ tal-Fondazzjoni. Fl-aħħar nett is-Sur Zammit semma ftit il-proġett ‘‘Ħu Azzjoni Kontra l-Vizzju tal-Logħob f’Malta’’, fejn il-Fondazzjoni se tieħu r-responsabbiltà ta’ stħarriġ, kampanja ta’ għarfien u taħriġ lill-imsieħba ewlenin fis-suġġett tal-vizzju tal-logħob tal-azzard f’pajjiżna.

 

Iċ-Ċermen tal-Kumitat Żgħażagħ Rabtin Pawlini Adriano Farrugia, il-Viċi Ċermen Liam Schembri, is-Segretarju Norbert Inguanez u Alain Farrugia, Kordinatur tal-attività rringrazzjaw ukoll lil kull min ipparteċipa bi ħġaru għal dawn is-serati. Kemm lit-timijiet ta’ plejers u kif ukoll lill-udjenza li ta’ kull logħba missielta fi spirtu sportiv attendiet bis-sħiħ.

MENU

ABOUT

info@rgf.org.mt

Tel: 21499030/1

90/91, Second Floor, Psaila Street, Birkirkara, BKR9073

LINKS

SOCIAL

  • White YouTube Icon
  • White Facebook Icon
  • White Twitter Icon

© 2019 Responsible Gaming Foundation. Proudly Designed by