The RGF with an Awareness Campaign - part of a €1.1 million project / Il-Fondazzjoni Logħob Responsabbli b’kampanja ta’ għarfien – parti minn proġett ta’ €1.1 miljun

The RGF with an awareness campaign - part of a €1.1 million project

The Responsible Gaming Foundation (RGF) has the main objective of informing the public about the importance of everyone being responsible in the practice of gaming and gambling activities and also raising awareness regarding the support that the foundation offers when, unfortunately, people practice these games excessively and without control.

During a visit made by the Minister for the Economy, European Funds and Lands Silvio Schembri to the offices of the RGF, he could see the visual material that is currently being used during the "TAKE ACTION" Awareness Campaign – part of a complete project of €1.1 million partially financed by the European Social Fund.

The complete project also includes research and training, as well as this awareness campaign. This campaign also aims to reduce the stigma associated with gambling and gambling, create awareness in the community about the repercussions related to excessive gaming and excessive gambling while encouraging people who are going through this problem to make contact either through the same foundation's support line, 1777 or through the website chatline on the website www.rgf.org.mt.

The campaign is divided into three main groups: children and young people (10-35 years old), the general public, and those addicts who have faced serious consequences due to pathological gambling and even excluded themselves from casinos, gaming outlets and bingo halls licensed by the Malta Gaming Authority.

Minister Silvio Schembri, while thanking the non-executive Chairman of the RGF Neville Mangion, the General Manager of the RGF Kevin O'Neill, and all the staff of the RGF who worked on this campaign, stressed that it is important to be immediately aware of the signs that may indicate that there is a gambling problem. Minister Schembri also thanked the various personalities who are being ambassadors for this campaign.

The Responsible Games Foundation thanked Minister Schembri for his visit and also thanked all those involved in the continuous work that was so necessary for this campaign to be a successful one.

Photos: GEOFFREY ZARB ADAMI (DOI)


____________


Il-Fondazzjoni Logħob Responsabbli b’kampanja ta’ għarfien – parti minn proġett ta’ €1.1 miljun


Il-Fondazzjoni Logħob Responsabbli (RGF) għandha l-għan ewlieni li tgħarraf lill-pubbliku rigward l-importanza li kulħadd ikun responsabbli fil-prattika tal-attivitajiet tal-logħob (gaming) u l-logħob tal-azzard (gambling) u tinforma wkoll rigward l-appoġġ li l-fondazzjoni toffri meta sfortunatament persuni jipprattikaw dan il-logħob b'mod eċċessiv u mingħajr kontroll.


Waqt żjara li għamel il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri fl-uffiċini tal-RGF, seta' jara l-materjal viżiv li bħalissa qiegħed jintuża waqt il-kampanja ta' għarfien “TAKE ACTION" –  parti minn proġett sħiħ ta' €1.1 miljun parzjalment iffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.


Il-proġett sħiħ jinkludi riċerka, taħriġ u kif ukoll din il-kampanja ta' għarfien. Din il-kampanja għandha wkoll l-għan li tnaqqas l-istigma assoċjata mal-logħob u l-logħob tal-azzard, toħloq kuxjenza fil-komunità dwar ir-riperkussjonijiet relatati mal-logħob u mal-logħob tal-azzard eċċessiv, filwaqt li tħeġġeġ persuni li għaddejjin minn din il-problema jagħmlu kuntatt jew permezz tal-linja ta' appoġġ tal-istess fondazzjoni, 1777, jew inkella permezz taċ-chatline fuq is-sit web www.rgf.org.mt.


Il-kampanja hija maqsuma fuq tliet gruppi prinċipali: it-tfal u ż-żgħażagħ (10-35 sena), il-pubbliku inġenerali, u dawk il-persuni vvizzjati li ffaċċjaw konsegwenzi serji minħabba l-logħob tal-azzard patoloġiku, fejn saħansitra eskludew lilhom infushom minn casinos, ħwienet tal-logħob, u swali tat-tombla liċenzjati mill-Awtorità Maltija għal-Logħob.


Il-Ministru Silvio Schembri, filwaqt li rringrazzja liċ-Chairman mhux eżekuttiv tal-RGF Neville Mangion, lill-General Manager tal-RGF Kevin O'Neill, u lill-istaff kollu tal-RGF li ħadmu fuq din il-kampanja, saħaq li huwa importanti li wieħed ikun konxju mill-ewwel tas-sinjali li jistgħu juru li hemm problema ta' logħob u logħob tal-azzard eċċessiv. Il-Ministru Schembri rringrazzja wkoll lid-diversi personalitajiet li qed ikunu ambaxxaturi għal din il-kampanja.


Il-Fondazzjoni Logħob Responsabbli rringrazzjat lill-Ministru Schembri għal din iż-żjara u rringrazzjat ukoll lil dawk kollha involuti fil-ħidma kontinwa li kienet tant neċessarja biex din il-kampanja tkun waħda ta' suċċess.


Ritratti: GEOFFREY ZARB ADAMI (DOI)

© 2019-2022 Responsible Gaming Foundation

 

Proudly designed by