The RGF supports a sports activity for all the family as an alternative to gambling / L-RGF b’attività sportiva għall-familja kollha bħala alternattiva għall-vizzju tal-logħob
Il-Ħamis, Diċembru 13, 2018, Malta – Ir-raħal pittoresk tas-Siġġiewi laqa’ fi ħdanu ġemgħa liema bħalha ta’ familji entużjasti u tfal enerġetiċi għal attività sportiva li ttellgħet fil-grawnd tal-futbol tas-Siġġiewi F.C. Attività li rat attendenza li tagħti kuraġġ għal aktar ħidma sportiva f’dan ir-raħal.Dan kollu grazzi għall-organizzazzjoni b’saħħitha mis-Siġġiewi Football Club Youth Nursery immexxiha mill-President Jonathan Vassallo, bis-sehem tal-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli u tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.L-attività bdiet b’quddiesa ta’ ringrazzjament, fejn wara li saru żewġ kelmiet minn dawk involuti fl-organizzazzjoni, tqassmu ċertifikati ta’ parteċipazzjoni lil dawk preżenti. L-attivitajiet sportivi varjaw minn futbol għal gruppi ta’ tfal U8, U9, U10 u U11 flimkien man-‘nursery’ tan-Naxxar, ‘penalty shoot-out’, logħob bejn kowċis ġenituri u tfal kbar fl-età, sessjonijiet ‘keep fit’, spettaklu tal-karate, kwizz ħelu fil-pjazza u kif ukoll intervista ma’ membri tal-Kumitat tas-Siġġiewi F.C. Ma kienx jonqos ukoll involviment mużikali mill-Banda San Nikola li wettqet marċ mill-pjazza sal-grawnd tal-futbol fejn saret l-attività. Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni l-Onorevoli Silvio Schembri stqarr li l-attivitajiet mtellgħin mill-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli huma modi ideali biex is-servizzi li toffri l-istess Fondazzjoni għal min għandu l-vizzju tal-logħob jaslu għand in-nies li qegħdin ifittxu l-għajnuna. “Għalhekk il-Fondazzjoni tħarreġ lill-ħaddiema tagħha biex ikunu f’pożizzjoni li jagħtu l-għajnuna meħtieġa. Permezz ta’ attivitajiet sportivi li jittellgħu matul sena sħiħa nkunu qegħdin nbiegħdu lit-tfal u persuni vulnerabbli mill-vizzji, fl-istess waqt li nuru li hemm alternattiva,’’ qal L-Onorevoli Schembri filwaqt li appella lill-operaturi biex ikollhom sehem ikbar għal bilanċ san bejn l-industrija u s-soċjetà.L-Uffiċjal Eżekuttiv għall-Promozzjoni tal-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli Kayne Said tkellem dwar l-importanza ta’ għarfien dwar logħob responsabbli u għamel referenza wkoll għall-Kampanja Edukattiva fost l-istudenti primarji tar-raba’ sena, fejn ħaddiema mill-Fondazzjoni jżuru l-iskejjel biex tintlaqa’ l-problema ta’ logħob patoloġiku minn età tenera. Is-Sur Said għamel referenza wkoll għas-servizz telefoniku tal-Fondazzjoni 1777, fejn persuni li jbatu mill-vizzju jew inkella qraba ta’ dawn il-persuni jistgħu jċemplu b’mod anonimu u jsibu l-għajnuna kollha adegwata mill-istaff imħarreġ tal-Fondazzjoni. Is-Sur Said temm billi saħaq dwar l-importanza ta’ attivitajiet fiżiċi bħal dawn li jipprovdu alternattiva għall-vizzju tal-logħob.Il-President tas-Siġġiewi Football Club Youth Nursery is-Sur Jonathan Vassallo rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni għall-involviment tiegħu u kif ukoll lill-Fondazzjoni għal Logħob Responsabbli għall-għajnuna biex tittella’ din l-attività. Il-President għamel referenza wkoll għall-għajnuna li s-Siġġiewi F.C. ngħataw parti mill-Programm ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-Fondazzjoni fejn kienu ġew inawgurati faċilitajiet sportivi nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru 2017 fil-preżenza tal-istess Segretarju Parlamentari, tal-President tal-klabb, membri tal-kumitat u plejers Siġġiwin. Huwa rringrazzja wkoll lil kull min ħadem wara l-kwinti u lil kull min ipparteċipa bi ħġaru għal dawn l-attivitajiet sportivi varji.
Thursday, December 13, 2018, Malta – The picturesque village of Siġġiewi opened its doors to an enthusiastic crowd of family members and energetic kids for a sports activity that took place in the Siġġiewi F.C. football ground. An activity that saw a healthy attendance that encourages those working for more similar sports activities within the locality.All this thanks to a strong organisation by the Siġġiewi Football Club Youth Nursery headed by President Jonathan Vassallo, with the participation of the Responsible Gaming Foundation and the Parliamentary Secretary for Financial Services, Digital Economy and Innovation in the Prime Minister’s Office. The activity opened its doors with a celebrated thank you mass. Right after the interventions from those involved in the organisation of this event, certificates of participation were presented to those present. The sports activities varied from football games where groups of U8, U9, U10 and U11 players were involved together with the Naxxar Football Nursery, a penalty shoot-out, matches organised between coaches, parents and grown-ups, keep fit sessions, a karate show, a small quiz and also an interview conducted with members from the Siġġiewi F.C. committee. Musical involvement was also included in the event with the Saint Nicholas Band paraded from the Siġġiewi village square to the football ground.The Parliamentary Secretary for Financial Services, Digital Economy and Innovation Hon. Silvio Schembri stated clearly that activities organised by the Responsible Gaming Foundation are an ideal way so that the services offered by the same foundation for those afflicted by the gambling addiction are well communicated to those that need help. ‘‘For this reason, the foundation trains its staff to be in a better position to offer all the help needed. With the help of such sports activities that are organised all year round we can keep our young ones and those vulnerable away from addictions and at the same time we offer an alternative’’, stated Hon. Schembri where he emphasised the importance that more operators get involved for a more healthy balance between the industry and society.The Promotions Executive of the Responsible Gaming Foundation Mr Kayne Said talked about the importance of awareness about responsible gaming and also made reference to the Education Campaign among fourth year primary students, where RGF staff visit schools around Malta and Gozo alongside their mascot ‘’Chippy’’, to describe and discuss the problem of compulsive gambling from the early ages.Mr Said also referred to the RGF freephone service 1777, where people suffering from addiction or relatives of such persons can call anonymously and find all the appropriate assistance from the trained staff of the foundation. Mr Said ended by stating the importance that such physical activities provide as an alternative to the gambling addiction. The President of the Siġġiewi Football Club Youth Nursery Mr Jonathan Vassallo thanked the Parliamentary Secretary and the Responsible Gaming Foundation for their help to organise such a successful activity. The President made reference to the needed help the Siġġiewi F.C. received from the CSRP of the foundation where sports facilities were inaugurated on Friday 8 December 2017 in the presence of the same Parliamentary Secretary, the Siġġiewi F.C. President, committee members and Siġġiewi players. Mr Vassallo thanked all those who worked indirectly and directly for the success of this event and thanked all those who participated in these various sports activities.

MENU
ABOUT
LINKS
SOCIAL


© 2019-2025 Responsible Gaming Foundation
Proudly designed by