CSRP | ‘Let’s have a field day: promoting healthy lifestyle and education through football’

Illum il-ġurnata, kumpaniji u organizazzjonijiet ma jistgħux iwarrbu ċertu fatturi soċjali u ambjentali li tant huma għall-qalb il-klijenti jew dawk li jagħmlu użu mis-servizzi tagħhom. Dawn tal-aħħar jistennew li l-kumpaniji u organizazzjonijiet iħallu impatt pożittiv fuq l-ambjent ta' madwarhom. Proprju għal din ir-raġ¡uni l-RGF dejjem tagħmel l-aspett soċjali bħala prijorita u qiegħda taħdem viċin ta' kumpaniji u għaqdiet oħrajn biex jiġi mħares dan.Fost l-inizjattivi li qed jitwettqu mill-RGF, hemm il-kampanji edukattivi fl-iskejjel u ma' entitajiet oħra, sapport lill-pubbliku permezz tan-National Helpline, kif ukoll l-Corporate Social Responsability Programme. Wara t-tnedija ta' 21 proġett fl-1 ta' April li kienu intitolati ghall-fondi, illum numru sostanzjali ta` entitajiet qed jibbenefikaw mill-CSRP sabiex jisapportjaw finanzjarjament u jippromovu inizjattivi alternattivi għall-logħob tal-azzard.Il-Fondazzjoni ħarġet żewg sejħiet separati ta' fondi, sejħa permanenti għall-fondi sa massimu ta' €1000 u sejħa temporanja għall-fondi sa massimu ta' €6000. B'kollox, 31 entita ssottomettew l-applikazzjoni għall-proġetti tagħhom mal-ewwel sejħa għall-fondi, 21 minnhom kienu eliġibbli għall-fondi. Il-proġetti jvarjaw minn Summer sports camp f'Għawdex għall-kors ta' tagħlim tal-ħjata ġewwa l-Faċilita Korretiva ta' Kordin għall-programm ta' taħriġ fil-qasam sportiv u dak ta' nutrizzjoni għall-membri ta' San Ġwann Football Nursery u ġenituri/gwardjani tagħhom, fost ħafna oħra.Ftit tal-jiem ilu l-Fondazzjoni Għall-Logħob Responsabbli (RGF) negħdiet il-proġett ''Let's Have a Field Day'' flimkien mal-Football Club Nursery ta' San Ġwann bħala parti mill-Corporate Social Responsibility Programme (CSRP). Għal din l-attivita kienu preżenti l-Onorevoli Silvio Schembri, l-Onorevoli Jose Herrera, membri ta' San Ġwann Football Club u s-sur Toto Schillaci, fost ħafna tfal membri fin-nursery. San Gwann FC kien imwaqqaf fl-1972. L-impenn veru beda fl-1993 fejn ġiet uffiċċjalment miftuħa n-Nursery ta’ San Gwann u baqgħet tiffunzjona sal-ġurnata tal-lum. In-Nursery għenet lill-klabb biex jieħu diversi promozzjonijiet iżda wkoll ħarget diversi plejers li saħansitra llum qegħdin jilagħabu fil-kampjonat Premiere u anke fin-Nazzjonal. L-impenn tan-Nursery għandu jibqa' sabiex jieħdu ħsieb it-talent li tiela b'mod tekniku u b'mod ta' tattika mingħajr ma jonqsu mill-aspett soċjali kif ukoll dak uman; li huma l-pilastri tal-iskop li l-logħba tal-futbol ġiet maħluqa għalihomIs-Sur Toto Schillaci, ex-futbol plejer ta' fama internazzjonali, kien preżenti għal din it-tnedija u ħa ħsieb numru ta' attivitajiet li jsaħħu l-ħiliet, tattika u kapaċitajiet oħra fil-qasam sportiv tal-futbol. Mr Schillaci tkellem dwar l-importanza li t-tfal isibu bilanċ fil-ħajja tagħhom u jieħdu sehem f'attivitajiet varji li jippromwovu s-saħħa fiżika. Fejn jidħol il-logħob, wieħed irid joqgħod attent. ''Naf każijiet ta' ħbieb tiegħi li spiċċaw ħazin għax ma kinux responsabbli. Huwa tajjeb li wieħed jilgħab bħala mezz ta' rikreazzjoni pero mhux bħala mezz kif wieħed jagħmel aktar flus'', stqarr Mr Schillaci waqt l-attivita.Grazzi ghall-Corporate Social Responsibility Programme tar-RGF, tfal membri fin-nursery ta' San Ġwann, sħabhom oħra kif ukoll il-ġenituri u/jew gwardjani tagħhom ser ikunu jistgħu igawdu minn programm ta' attivitajiet varjati. L-animations għat-tfal ser iservu bħala taġriġ fil-qasam ta' tattika u teknika filwaqt li l-programm ta' nutrizzjoni organizzat għall-adulti ser iservi bħala mezz ta' taħrig fuq dieta bilanċjata u saħħa fiżika. Il-Fondazzjoni fl-inizjattivi tagħha ta' edukazzjoni u sapport qiegħda taħdem kemm mat-tfal u anke mal-adulti. Dan huwa eżempju sabiħ fejn wieħed jeduka lill-adulti biex dawn mid-dar ikunu jistgħu jkunu ta' eżempju tajjeb huma stess għat-tfal tagħhom u jrawmuhom f'ambjent ta' ħajja attiva fejn l-aspetti fiżiċi u dawk ta' dieta bilanċjata jingħataw importanza.

MENU

ABOUT

info@rgf.org.mt

Tel: 21499030/1

90/91, Second Floor, Psaila Street, Birkirkara, BKR9073

LINKS

SOCIAL

  • White YouTube Icon
  • White Facebook Icon
  • White Twitter Icon

© 2019 Responsible Gaming Foundation. Proudly Designed by