top of page

80 members of the Baden Powell Scout Group Żebbuġ benefit from financial support provided by the RGF / 80 membru tal-Baden Powell Scout Group Żebbuġ ibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja mogħtija mill-RGF

The Responsible Gaming Foundation has provided financial assistance to the Baden Powell Scout Group of Żebbuġ, through which kayaks will be purchased enabling the scouts of this locality to continue with their work, which is complementary to the work of the Foundation itself, that is to provide alternatives to gambling and gambling addictions. 80 members will benefit from this financial assistance.


This assistance was awarded in the presence of the Minister for the Economy and Industry Silvio Schembri, the General Manager of the RGF Kevin O'Neill and Scout Group Leader Andrea Bellizzi, who expressed his satisfaction, that through this award the Baden Powell Scout Group will strengthen its function and consequently reach even more young people.


“Such financial support for the purchase of these kayaks will be helping the scouts of this organization to garner seamanship information, that is, navigation techniques, while enhancing physical activity enabling them to keep as far away from addictions as possible and also maintain a healthier lifestyle. This supports our work, aimed at creating a healthy balance by bringing future generations closer to physical activity, which in turn nurtures their mental health. It is clear that the work of the Foundation ultimately reaches all sports and hobbies, in order to concretely address today's challenges," said Minister Schembri, while wishing success to the Baden Powell Scouts Group of Żebbuġ for their work among young people.


On his part, Group Leader scout Andrea Bellizzi stated that this aid will translate into interactive activities at sea in the summer, obtaining badges in recognition of kayak skills, while serving as an opportunity to explore the Maltese coast in the safest way possible, and above all will be attracting more young people to become members.


“The Foundation will continue to be fundamental in such projects and will continue to listen not only to the addict's cry for help but will continue to take concrete supportive action in our society," said the Foundation's General Manager Mr Kevin O'Neill, while congratulating the Baden Powell Scouts Group of Żebbuġ for their hard work among young people.​​​


Photos: DOI - Clifton Fenech


_____________________________


Permezz ta' għajnuna mill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli, il-Baden Powell Scout Group ta' Ħaż-Żebbuġ ibbenefika minn għajnuna finanzjarja li permezz tagħha se jkunu jistgħu jinxtraw kayaks biex l-iscouts ta' din il-lokalità jkomplu b'ħidmiethom, li tikkumplimenta l-ħidma tal-istess Fondazzjoni, dik li jkunu pprovduti alternattivi li jbiegħdu mill-vizzji tal-logħob u l-logħob tal-azzard. Minn din l-għajnuna se jibbenefikaw mat-80 membru.


Din l-għotja saret fil-preżenza tal-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri, il-manager ġenerali tal-RGF Kevin O'Neill u Scout Group Leader Andrea Belizzi, li  min-naħa tiegħu esprima sodisfazzjon li b'hekk il-Baden Powell Scout Group isaħħaħ ħidmietu u jilħaq iżjed żgħażagħ.


“L-appoġġ finanzjarju fix-xiri ta' dawn il-kayaks se jkun qed jgħin lill-iscouts ta' din l-organizzazzjoni fir-rigward ta' tagħrif ta' seamanship, jiġifieri teknika ta' navigazzjoni filwaqt li ssaħħaħ l-attività fiżika biex iżommu kemm jista' jkun 'il bogħod mill-vizzji u jmantnu stil ta' ħajja aktar b'saħħtu. Dan isostni l-ħidma tagħna sabiex jinħoloq bilanċ san u l-ġenerazzjonijiet futuri jersqu iżjed lejn attività fiżika, li tgħinhom ikunu mentalment b'saħħithom. Huwa evidenti li l-ħidma tal-Fondazzjoni tilħaq kwalunkwe sports u delizzji, sabiex b'mod konkret ikunu indirizzati l-isfidi tal-lum," qal il-Ministru Schembri, filwaqt li awgura suċċess lill-Baden Powell Scouts Group ta' Ħaż-Żebbuġ għall- ħidma tagħhom fost iż-żgħażagħ.


Min-naħa tiegħu, l-iscout group leader Andrea Bellizzi stqarr li din l-għajnuna se ssarraf biex fis-sajf ikunu jistgħu isiru attivitajiet interattivi fil-baħar, li jinkisbu badges ta' rikonoxximent għall-ħiliet fl-użu tal-kayaks, filwaqt li sservi t'opportunità sabiex ikunu esplorati xtut Maltin bl-aktar mod sigur, u fuq kollox li jitħajjru iżjed żgħażagħ isiru membri.


“Il-Fondazzjoni se tibqa' tkun fundamentali fi proġetti bħal dawn u se tibqa' tisma' mhux biss il-karba tal-ivvizzjat, imma tkompli tieħu azzjoni ta' appoġġ konkret fis-soċjetà tagħna," saħaq il-general manager tal-fondazzjoni s-Sur Kevin O'Neill, filwaqt li awgura lill-Baden Powell Scouts Group ta' Ħaż-Żebbuġ għall-ħidma sfiqa tagħhom fost iż-żgħażagħ.​​​


Ritratti: DOI - Clifton Fenech

© 2019-2024 Responsible Gaming Foundation

 

Proudly designed by                    

bottom of page